Bejn is-sibt u l-Ħadd fid-Dar tal-providenza bdew it-trials ghall-maratona tal-Volleyball bl-iskop li jintagħżlu t-timijiet finali lise jieħu sehem fil-Maratona ta’ 53 siegħa bla waqfien ta’ volleyball bejn l-1 u t-3 ta’ Lulju fid-Dar stess. Dawn it-trials se jdumu 24 seigha
Bhalissa d-Dar tal-Providenza għaddejja b’numru ta’ proġetti, fosthom rinnovar tas-Sala prinċipali, pixxina terapewtika kbira u dar ġdida fil-komunità li mistennija tinbena fil-Balluta.
Dan minbarra li d-Dar għandha madwar €4 miljun fi spejjeż kull sena, inkluż biex tmantni djar oħra fil-komunità u toffri servizzi lil persuni b’diżabbiltà.
Il-Maratona għalhekk għandha l-għan li tħeġġeġ il-volontarjat, ikun inkoraġġit l-isport permezz tal-volleyball, filwaqt li jitwassal messaġġ ta’ rispett u opportunitajiet indaqs għall-persuni b’diżabbiltà.
Minbarra l-Maratona tal-Volleyball, fl-24 ta’ Ġunju se ssir ukoll Maratona Ġbir ta’ Fondi waqt il-programm Xarabank. Il-Maratona qed issib bl-appoġġ tal-Marigold Foundation u BoV in the Community.
//= $special ?>