Internazzjonali

Lejn suwiċidju assistit fil-Kanada

Il-Parlament fil-Kanada għadda abbozz ta’ liġi kontroversjali li jippermetti l-mewt assistit minn proċess mediku għall-persuni li qed ibatu mard terminali.

Il-liġi tressqet wara li l-Qorti Suprema tal-pajjiż warrbet projbizzjoni għat-tobba fil-każi fejn huma jkunu mitluba jgħinu lill-pazjenti ‘inkurabbli’ biex imutu. Il-pass, intant, ifisser li l-Kanada ssieħbet mal-grupp żgħir ta’ pajjiżi fejn it-tobba jistgħu jgħinu legalment lill-morda biex itemmu ħajjithom.

Sadanittant, xi kritiċi fissru l-leġislazzjoni inkwistjoni bħala ‘wisq restrittiva’, b’uffiċjali tal-Gvern itennu li l-liġi ġdida għadha biss ‘l-ewwel pass’ u li l-mandat ‘jista’ jkun estiż’ fil-ġejjieni’– x’aktarx fir-rigward ta’ persuni b’kundizzjonijiet deġenerattivi.