Anzjan Ingliż ta’ 76 sena residenti x-Xagħra tilef ħajtu f’inċident li seħħ illum għall-ħabta tal-kwarta hekk kif intlaqat minn skrun ta’ dgħajsa waqt li kien qiegħed jgħum fil-bajja ta’ Ħondoq ir-Rummien.
Malli sid id-dgħasja, ġuvni ta’ 19-il sena residenti n-Nadur, Għawdex, induna b’dak li ġara tella’ lill-vittma fuq id-dgħajsa u ħadu fuq il-bajja fejn ingħata l-ewwel għajnuna u ttieħed immedjatament l-Isptar permezz t’ambulanza.
Sfortunatament ftit wara l-vittma ġie ċċertifikat mejjet.
Bil-każ ġie nfurmat il-Magistrat tal-Għassa Paul Coppini li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>