Lokali

Aġġornata : Nar fil-fergħa tal-bank APS fil-Mosta

Dalgħodu għal ħabta ta’ l-għaxra kien hemm nirien fil-fergħa tal-bank APS li hemm fil-pjazza tar-Rotunda fil-Mosta.

In-nar jidher li beda minn air conditioner fit-tielet sular ta’ din il-fergħa. Membri tal-Protezzjoni Ċivili permezz ta’ karozzi tat-tifi tan-nar malajr ikkontrollaw l-inċident li jidher li ma wassal għal ebda ħsara fis-sistema ta’ l-IT tal-bank. L-operat tal-bank fil-fatt mhux mistenni jkun affetwat bl-ATM ta’ l-istess bank fil-fergħa tal-Mosta tibqa’ topera b’mod normali.

Ħadd ma’ weġġa f’dan l-inċident.

 

mosta nirien aps 2

mosta nar aps 3

mosta nar 4 aps