Il-Ħadd kien hemm mumenti ta’ ansjetà fil-kapitali Belġjana wara li ntlemaħ pakkett suspettuż fl-istazzjon ewlieni ta’ Brussell. Sitwazzjoni li qanqlet tensjoni hekk kif il-forzit as-sigurta nġabru fil-post iżda wara nstab li ma kien hemm xejn ta’ periklu.
Fil-Belġju kompla jkun hemm livell kbir ta’ allert wara l-arrest ta’ diversi persuni li kienu qed iħejju attakki terroristiċi bil-mira tkun il-partitarji li qed isegwu l-kampjonat tal-Euro 2016 fi Franza f’postijiet pubbliċi fil-Belġju.
Is-Sibt, tliet persuni tressqu l-qorti bl-akkuża li kienu qed iħejju attakki terroristiċi.
It-tlieta kienu identifikati bħala Samir C., Moustapha B. u Jawad B u dawn kienu fost 12 arrestati f’sensiela ta’ rejds madwar il-Belġju sigħat qabel in-nies bdew jinġabru biex isegwu l-logħba bejn il-Belġju u l-Irlanda fi Franza.
Fost il-postijiet fejn saru r-rejds kien hemm iz-zona ta’ Molenbeek, fejn kien inqabad Salah Abdeslam, l-unika persuna li salvat mill-attakki ta’ Pariġi f’Novembru tal-2015. Saret ukoll tfittxija fiz-zona ta’ Fleurus qrib l-ajruport ta’ Charleroi u f’reġjun fejn hemm diversi impjanti nukleari.
Il-Prim Ministru Belġjan Charles Michel ħeġġeġ il-poplu Belġjan biex jikkopera mal-forzi tas-sigurtà hekk kif fis-sigħat li ġejjin kienu se jissaħħu l-miżuri ta’ sigurtà peress li l-attivitajiet pubbliċi kollha li kienu ppjanati kienu se jkomplu kif ippjanat, fosthom dawk marbuta mal-Euro 2016.
//= $special ?>