Lokali

Anzjan salvat waqt li kien se jinġarr bil-karozza mill-mewġ fiċ-Ċirkewwa

Illejla, anzjan ta’ 72 sena kien salvat minn tliet Pulizija wara li kien se jinġarr mill-baħar wara mewġ għoli li tela’ fuq il-moll taċ-Ċirkewwa.

Fuq il-post, apparti l-Pulizija waslu wkoll membri tal-Protezzjoni Ċivili li ħadu ħsieb li l-karozzi l-oħra ma jispiċċawx fil-baħar.