Lokali

Ċiklist iweġġa’ gravi f’inċident fil-Wardija

F’inċident tat-traffiku fi Triq San Martin, il-Wardija li seħħ għall-ħabta tal-għaxra ta’ dalgħodu ċiklist kellu impatt ma’ vettura tat-tip Toyota Auris li kienet qiegħda tinstaq minn raġel ta’ 39 sena, residenti Santa Venera.

Iċ-ċiklist li għandu 52 sena u joqgħod San Gwann sofra xi ġrieħi u għaldaqstant ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura. Iktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi iżda mhux fil-periklu tal-mewt.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.