Qed ikun stmat li hemm tal-anqas 20 ċittadin Ingliż fost il-ġellieda tal-ISIS fil-Libja.
Skont rapport f’The Sunday Times ta’ Londra, il-forzi tal-Gvern Libjan qed jingħataw għajnuna minn truppi Ingliżi mill-iSpecial Air Service u l-iSpecial Boat Service fejn fost l-oħrajn qed jużaw drones biex jgħassu ċ-ċaqliq tal-ISIS fil-Libja.
Apparti t-truppi Ingliżi, rapporti jindikaw li fil-Libja jaħdmu kontra l-ISIS hemm ukoll truppi speċjali mill-Istati Uniti u Franza.
L-ISIS tilfu l-kontroll ta’ partijiet kbar ta’ Sirte imma għadhom qed jirreżistu f’partijiet mill-belt bl-użu wkoll ta’ membri tal-popolazzjoni lokali bħala tarka umana.
Ġellieda Ingliżi fost l-ISIS fil-Libja
