Internazzjonali Unjoni Ewropea

Il-Mail on Sunday favur u t-Telegraph u t-Times kontra s-sħubija tar-Renju Unit fl-Unjoni Ewropea

A Union Jack flag flutters next to European Union flags ahead of a visit from Britain's Prime Minister David Cameron at the EU Commission headquarters in Brussels, Belgium February 16, 2016. REUTERS/Yves Herman

L-aħħar stħarriġ ta’ l-opinjoni pubblika fir-Renju Unit reġa wera vantaġġ minimu għal kampanja favur li r-Renju Unit jibqa’ membru fl-Unjoni Ewropea. Dan wara li għal bosta jiem kienet il-kampanja kontra s-sħubija fl-UE li kienet qegħda tgawdi vantaġġ fl-istħarriġ ta’ l-opinjoni pubblika.

Il-kampanja b’rabta mar-referendum li ser isir fit-23 ta’ Ġunju reġat bdiet illum wara li ġiet sospiża wara l-qtil tad-Deputat Laburista Ingliża Jo Cox.

Intant tliett gazzetti Ingliżi fl-aħħar 24 siegħa ħabbru l-posizzjoni tagħhom dwar ir-referendum tat-23 ta’ Ġunju. The Sunday Telegraph u The Sunday Times ħabbru li huma favur il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea sabiex b’hekk ingħaqdu mal-gazzetta The Sun li ukoll hija favur il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea.

Minn naħa l-oħra il-gazzetta Mail on Sunday ħabbret li hija kienet favur is-sħubija tar-Renju Unit fl-Unjoni Ewropea.