Żagħżugħ spiċċa kellu jittieħed l-isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza hekk kif kien involut f’inċident tat-traffiku meta tilef il-kontroll tal-vettura tiegħu tat-tip Toyota u baqa’ dieħel ġo trakk.
L-inċident seħħ għall-ħabta tad-disgħa neqsin kwart ta’ filgħodu fi Triq Ħal Luqa f’Ħal Qormi. Jidher li ż-żgħażugħ ħabat fit-trakk li kien wieqaf fil-ġenb tat-triq fuq in-naħa l-oħra hekk kif niżillu ż-żokkor u ntilef minn sensih.
Għalkemm iż-żgħażugħ ma’ ndarabx fl-inċident huwa ttieħed l-isptar Mater Dei hekk kif kien għadu kemmxejn diżorjentat.
//= $special ?>