Tifel ta’ sentejn miet traġikament waqt li kien qed jilgħab in-noli mal-ġenituri tiegħu fl-akbar ċimiterju tad-Danimarka.
Ir-rapporti qalu li t-tifel spiċċa mgħaffeġ taħt lapida enormi li nqalbet għal fuqu fil-preżenza tal-ġenituri, meta huma kienu għaddejjin bil-passatemp innoċenti fiċ-Ċimiterju ta’ Vestre ta’ Kopenhagen.
Il-ġenituri tat-tifel ma tilfux iż-żmien biex isejħu l-għajnuna tas-servizzi għall-emerġenza fiz-zona iżda l-paramediċi ma rnexxilhomx isalvaw ħajjet iċ-ċkejken, li miet ftit tal-ħin wara. Mhux magħruf jekk it-tifel, fil-fatt, mietx f’dik il-parti taċ-ċimiterju inkella l-isptar, aktar tard.
Il-pulizija li investigaw il-każ mhumiex jissuspettaw f’xi aġir dubjuż, meta l-mewta x’aktarx li għandha titniżżel bħala ‘misavventura traġika’. Madankollu, mistenni li jsiru aktar investigazzjonijiet, meta z-zona taċ-ċimiterju ngħalqet għal sigħat, bl-uffiċjali tat-taqsima tal-forensika jeżaminaw ix-xena.
//= $special ?>