Meta kien qiegħed jitkellem fil-każin Laburista ta’ Santa Venera l-Prim Ministru Joseph Muscat naqas milli jindirizza d-dubji dejjem jikbru dwar id-Deputat Gvernatur tal-Bank Ċentrali Alfred Mifsud li f’Lulju mistenni jinħatar Gvernatur tal-Bank Ċentrali. Dan anke fl-isfond tar-revelazzjonijiet ġodda mill-gazzetta Il-Mument fil-ħarġa ta’ din il-ġimgħa.
Muscat akkuża li l-gvern preċidenti ma’ kienx ħa d-deċiżjonijiet b’rabta ma’ l-Air Malta iżda naqas milli jiċarra d-dubji li għandhom l-ħaddiema ta’ l-Air Malta b’rabta mal-futur tal-kumpanija u l-ftehim li l-gvern qiegħed jipprova jikkonkludi ma’ l-Alitalia. Muscat ddeskriva l-bdil fl-ikel ta’ l-Air Malta għal ħobż u ilma bħala deċiżjoni essenzjali li l-gvern kellu kuraġġ jieħu.
Fl-istess diskors tkellem dwar il-qasam tas-saħħa fejn qal li l-gvern Laburista kien qiegħed iġib iċ-ċertezza iżda baqa’ jsostni li ma’ kienx ser jippubblika l-kuntratti tal-privatizazzjoni ta’ sptarijiet pubbliċi qabel Novembru li ġej.
Huwa nfexx f’attakk kontra Simon Busuttil fejn kompla b’attakk isteriku kontra bosta politiċi tal-Partit Nazzjonalista filwaqt li mill-ġdid ma’ semmiex lil Konrad Mizzi u Keith Schembri u l-involviment tagħhom fl-iskandlu tal-Panama Papers.
Tkellem ukoll dwar ir-referendum li ser isir fir-Renju Unit nhar il-Ħamis li ġej b’rabta mas-sħubija fl-Unjoni Ewropea fejn saħaq li l-gvern kien lest għall-eventwalita’ li r-Renju Unit toħroġ mill-Unjoni Ewropea għaliex kollox kien preparat għal laqgħa tal-kabinett ta’ Muscat il-Ġimgħa filgħodu. Muscat irrefera għal kampanja li kienet saret f’Malta fi żmien ir-referendum dwar sħubija fl-2003 għalkemm naqas milli jfakkar li hu kien fost ta’ quddiem li dak in-nhar ikkampanja favur il-politika ta’ Partnership fejn anke mexxa programmi televiżivi kontra l-Unjoni Ewropea fuq l-istazzjon Laburista. Muscat sostna li fil-fehma tiegħu r-Renju Unit kien ser jagħżel li jibqa membru ta’ l-Unjoni Ewropea għalkemm sostna li f’dan ir-rigward l-opinjoni tiegħu ma’ kellix importanza.
//= $special ?>