Fl-aħħar jiem ġie inawgurat il-Mużew tal-Posta mill-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca.
Dan il-mużew, huwa miżmum f’dar antika restawrata fi Triq l-Arċisqof, il-Belt Valletta u jħares lejn sekli ta’ storja postali minn wirja ta’ diversi dokumenti u oġġetti.
Permezz ta’ oġġetti, stejjer u esperjenzi interattivi, il-mużew jirrakkonta l-irwol importanti li għandha l-posta ta’ Malta.
Dawn l-oġġetti li huma miġbura b’reqqa u qed jintwerew b’mod professjonali fil-Mużew, jirrakkontaw esperjenzi ta’gwerra, governanza, kummerċ, imħabba u politika li għaddiet minnhom Malta.
Għal dawk li jħobbu l-arti u l-kultura, l-mużew għandu żewġ gallariji tal-arti li juru wirjiet temporanji kif ukoll jistgħu jiġu mikrija għal avvenimenti privati. L-ewwel wirja turi xogħlijiet t’arti tal-artist Malti u disinjatur tal-bollol Emvin Cremona.
Il-mużew jinkludi ħanut minn fejn wieħed jista’ jixtri souveniers speċifikament ddisinjati u ispirati mill-wirt għani tal-posta u mill-kollezzjoni tal-mużew.
//= $special ?>