Lokali Qorti

Raġel akkużat li weġġa’ lil kunjatu u lil martu

Raġel ta’ 48 sena minn Bormla kien akkużat fil-qorti li weġġa’ lill-anzjan ta’ 69 sena li jiġi il-kunjatu tiegħu u li kiser il-paċi pubblika. Huwa kien akkużat ukoll li weġġa’ lil martu u wieġeb mhux ħati għall-akkużi kollha.

Il-Prosekuzzjoni talbet lill-Qorti biex ma jkunx meħlus mill-arrest għax sostniet li l-inċident jista’ jerġa’ jirrepeti ruħu minħabba li dawn joqgħodu fl-istess lokalità.

Il-Qorti tagħtu l-libertà proviżorja fuq garanzija personali ta’ €8,000 u ordnat lill-akkużat biex ma jkellimx lil martu u lil missierha.