Tal-anqas 11-il tifel u tifla u persuna adulta tilfu ħajjithom wara li l-lanċa li kienu fuqha nqabdet f’maltempata kbira fuq il-Lag Syamozero fir-reġjun Russu tal-Karelia.
It-tfal kienu minn Moska u kienu marru lejn Syamozero għal btala. Dawn kienu fi grupp ta’ 49 persuna u hemm xi wħud minnhom li fil-maltemp intilfu u qed isir tfittxija għalihom. Wieħed mill-organizzaturi tal-ħarġa kien arrestat mill-pulizija hekk kif qed joħroġ li kien hemm ħafna nuqqasijiet, fosthom li dawk li kellhom life vest salvaw filwaqt li dawk li ma kellhomx mietu mgħarrqa.
Traġedja fir-Russja waqt ħarġa għat-tfal tal-iskola
