Lokali

Anzjana tittieħed l-isptar wara nirien f’dar fiż-Żejtun

Ftit tal-ħin ilu nar li żviluppa f’dar fi Triq Santa Marija fiż-Żejtun wassal biex anzjana kellha tingħata l-kura fuq il-post, kif ukoll tittieħed l-isptar minħabba d-duħħan li belgħet.

Fuq il-post waslu Pulizija kif ukoll żewġ vetturi tal-Protezzjoni Ċivili li kkontrollaw in-nirien.

Sa issa mhux magħruf x’wassal għan-nirien.

nirien zejtu n 2

nar protezzjoni civili pulizija