Wara li nstabu l-kaxxi s-suwed tal-ajruplan Egyptair, irriżulta li se tkun diffiċli ħafna biex tittieħed l-informazzjoni dwar x’ġara minħabba li hemm ħsara kbira fihom.
Il-kaxxi s-suwed huma l-uniku sors li minnu tista’ tinġabar aktar informazzjoni dwar x’kien dak li kkawża l- inċident li ħalla 66 persuna mejta.
L-investigaturi fl-Eġittu spjegaw li l-kaxxi s-suwed abbord l-Airbus A320 tal-Egyptair, li fid-19 ta’ Mejju li għadda waqa’ fil-Mediterran waqt titjira minn Pariġi għal Franza, jaf ikollhom jittieħdu barra mil-Eġittu biex jissewwew qabel ma jkunu jistgħu jiġu analizzati.
Huma qed isostnu li dan il-proċess se jtawwal l-investigazzjonijiet biex tkun magħrufa l-kawża wara din it-traġedja.
//= $special ?>