Fil-Qorti llum bdiet tinstema’ x-xhieda ta’ persuni dwar il-każ ta’ Ivan Zlatev Manolov Bulgaru ta’ 52, każ li beda jinstema’ llum. F’kummenti li għadda l-imputat ftit qabel ma kien se jitla abbord ajruplan hedded li “ħadd mhu se jsalva.”
Il-mara li xehdet qalet li kif kienet qed tistenna ħdejn wieħed mill-gates tal-ajruport, semgħet il-Bulgaru allegatament jipponta lejn l-ajruplan u jgħid “li jekk huwa tagħna, mhux se jirnexxielu jagħmilha”, u ħares madwaru u qal “ħadd minnha mhu se jsalva”. Il-mara qalet li huwa ma kienx irrabjat, imma lanqas kien kalm jew aġitat. Wara li l-gate infetaħ, huwa dar fuq il-mara u qalilha huwa dispjaċut ħafna, filwaqt li reġgħa rrepeta li ħadd mhu “se jwassal sa filgħaxija.”
Il-mara qalet li hija kienet qed tistenna mar-raġel tagħha biex titla abbord it-titjira tar-Ryanair. Din it-titjira kienet sejra Ateni nhar il-11 ta’ Ġunju. Kien waqt li kienu qed jistennew li l-akkużat allegatament staqsiehom jekk dak huwiex l-ajruplan li se jirkbu fuqu.
Minħabba dan, Monolov, jinsab mixli li kkawża biża’ f’persuni oħra li kienet se tintuża vjolenza kontrihom. Huwa ġie mixli wkoll li hedded lill-Ispettur Magro u lis-Surġent David Parnis waqt li kien arrestat.
Xehed ukoll ir-raġel tal-mara, li qal li l-akkużat ukoll qallu li ħadd mhu se jagħmilha. Qal li huwa nkwieta x’ħin semgħa dan id-diskors. Ir-raġel xhed li Manolov qalu wkoll li jekk hu nisrani jibda’ jrodd is-salib iżda xorta ħadd m’hu se jsalva. ukoll li jekk hu nisrani jibda’ jrodd is-salib iżda xorta ħadd m’hu se jsalva. Ir-raġel kompla jgħid li hekk infetaħ il-gate, dar fuqu u staqsieh jekk jaħsibx li se jwassal sa filgħaxija. Ir-raġel irrispondieh u qallu li se jwassal sa filgħaxija.
L-impjegata ta’ Aviaserve, qalet li hija saret konxja ta’ dak li qed jiġri wara li ġiet infurmata mill-koppja.
Wara dan l-akkużat interrompa x-xhieda u ġie mkeċċi mill-Awla. Ix-xhieda għalekk kompliet tinstema’ fin-nuqqas tal-imputat għalkemm kien għad hemm l-Avukat difensur preżenti.
Hija qalet li hija telgħet abbord ix-xarabank li kienet se tieħu lill-passiġġieri abbord l-ajruplan. Wara talbet biex l-imputat jiġi identifikat. Hija qalet li l-imputat ma kienx jidher li kien fi stat ta’ ħażin. Eventwalment l-imputat inħareġ mix-xarabank.
L-ispettur Magro qal li l-imputat ma kellux riħa ta’ xorb u kien jidher f’kundizzjoni normali u qal “Issa nurikom min jien, jien se nsalva imma intom le”. L-akkużat irrifjuta li jirrispondi aktar mistoqsijiet ħlief għal waħda; dik li jekk jiftakarx x’qal. Huwa wieġeb li ma jridx jiftakar iżda li kienet biss ċajta.
L-ebda wieħed mit-tliet xhieda ma jistgħu jissemmew fuq ordni tal-Qorti.
Għall-imputat dehret l-Avukat Yanika Bugeja.
//= $special ?>