Taljan ta’ 27 sena sofra feriti ħfief f’inċident bil-mutur fil-Mellieħa. L-inċident seħħ ftit għall-ħabta ta’ nofsinhar fi Triq il-Marfa, il-Mellieħa, bejn mutur u karozza.
Il-karozza tat-tip Audi A4 kienet misjuqa minn raġel ta’ 65 sena min-Nadur. Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna mill-membri tas-Salib l-Aħmar.
//= $special ?>