Lokali

Jaqbeż minn fuq il-vapur tal-Gozo Channel wara li nqabad jisraq

Gozo Channel - Ta' Pinu

Litwan mistenni jitressaq il-Qorti fil-jiem li ġejjin hekk kif se jkun akkużat b’serq minn ħanut abbord il-vapur tal-Gozo Channel.

Il-Pulizja kkonfermat ma’ netnews.com.mt li l-każ seħħ nhar it-Tlieta 14 ta’ Ġunju għall-ħabta tat-20.00 meta l-vapur kien kien għadu sorġut mal-moll tal-Imġarr f’Għawdex.

Ir-raġel li kien abbord il-vapur u li nqabad jisraq xi affarjiet tal-ikel minn ħanut qabeż fil-baħar biex ma jinqabadx mill-Pulizija. Huwa ttellgħa ftit tal-ħin wara mill-Membri tal-Forzi Armati.

Ir-raġel mal-qabża ma ġarrabx ġrieħi u għalhekk ma kellux bżonn għajnuna medika. Huwa ġie arrestat ftit tal-ħin wara.