Wara l-poloz tal-UEFA Champions League, saru magħrufa t-timijiet li se jikkompetu l-ewwel rawnd tal-Europa League. Fost it-timijiet, hemm dawk Maltin bit-timijiet ta’ Balzan, Birkirkara u Hibernians kollha jitilgħu biex jilagħbu kontra avversarji mhux faċli.
Balzan se jibdew barra minn darhom kontra t-tim mill-Ażerbajġan ta’ Neftci PFK, Birkirkara se jibdew barra minn darhom kontra t-tim mill-Bożnija NK Siroki Brijeg filwaqt li Hibernians ukoll se jibdew barra minn darhom kontra s-Slovakki ta’ Spartak Trnava.
L-ewwel leg hu skedat li jintlagħab il-Ħamis 30 ta’ Ġunju filwaqt li l-partita ta’ ritorn mistennija li tintlagħab il-ġimgħa ta’ wara 7 ta’ Lulju. Minħabba li t-tliet timijiet se jibdew barra minn darhom, wieħed irid jara kif u meta se jintlagħbu eżattament il-logħob minħabba li l-partiti Ewropej tal-Maltin se jintlagħbu fil-Hibernians Stadium.
//= $special ?>