Internazzjonali

Mara fit-tmexxija ta’ Ruma

epa05379416 New Rome Mayor Virginia Raggi (C) is questioned by reporters as she leaves her house in Rome, Italy 20 June 2016. The 5-Star Movement candidate in Rome, Virginia Raggi, a lawyer with a three-year stint as a city councilwoman, took 67.2 per cent of the vote in a two-person runoff Sunday, becoming the corruption-stained capital citys first female mayor and, at 37, also its youngest. EPA/GIUSEPPE LAMI

Għall-ewwel darba fl-istorja, mara kienet eletta Sindku tal-kapitali Taljana Ruma.
Dan wara li Virginia Raggi, tal-Moviment 5 Stelle, rebħet 67 fil-mija tal-voti fl-elezzjonijiet li saru nhar il-Ħadd.
Apparti Ruma, iċ-5 Stelle ta’ Beppe Grillo, irnexxielhom ukoll jirbħu t-tmexxija ta’ Torino fl-elezzjonijiet għall-kunsill lokali li saru fl-Italja. Minkejja li l-Partit Demokratiku tal-Prim Ministru Matteo Renzi rebaħ it-tmexxija ta’ Milan u Bologna, dawn l-elezzjonijiet qed jitqiesu bħala vot ta’ sfiduċja fit-tmexxija tiegħu.
Mara oħra miċ-5 Stelle, Chiara Appendino, rebħet il-vot f’Torino beix issa hi se tkun is-Sindku ta’ din il-belt u għelbet il-kandidat tal-Partit Demokratiku li fl-ewwel fażi ġimgħatejn ilukien kiseb l-akbar ammont ta’ voti.
Aktar f’IN-NAZZJON ta’ għada