Anton Yelchin attur ta’ fama internazzjonali għal-parti ta’ Chekov fil-film Star Trek, miet wara li kien involut f’inċident quddiem id-dar tiegħu f’San Fernando Valley, Los Angeles fl-Istati Uniti.
Mill-ewwel informazzjoni jidher li l-inċident seħħ meta Yelchin ħareġ mil- vettura tiegħu.
Wara li ħareġ mill-karozza, il-vettura baqgħet nieżla n-niżla tal-entratura fid-direzzjoni tiegħu, u sfortunatament afġitu mal-grada tas-sigurta tad-dar tiegħu. L-attur instab mejjet minn sħabu maqbud bejn il- grada u l-karozza wara li ttardja biex jattendi għal xi provi.
Diversi qraba tiegħu qalu li Anton kien bniedem kuraġġuż u artist umli. L-investigazzjonijet rigward dan il-każ għadhom għaddejjin.
//= $special ?>