Lokali

Tmut l-attriċi Connie Azzopardi

Tħabbret il-mewt tal-attriċi Connie Azzopardi, oħt il-mibkija Ġemma Portelli, fl-età ta’ 79 sena.

Imwielda Tas-Sliema fil-15 ta’ Marzu 1937, Connie bdiet il-karriera tagħha fuq il-palk fl-età ta’ 16-il sena meta flimkien ma’ oħtha Ġemma kienu magħrufa bħala “The Schembri Sisters”. Għaxar snin wara, ta’ 26 sena, mad-dwett ingħaqdu l-irġiel taż-żewġ aħwa biex flimkien għaqqdu “The Blue Birds”.

Matul il-karriera tagħha, Connie Azzopardi ħadet sehem f’numru ta’ radjudrammi u sensiliet televiżivi. Hi kien ħadet sehem ukoll f’numru ta’ films, fosthom Hieronymus Merkin (tal-1968), Mr Jerico (tal-1969), Pulp (tal-1972), Shout at the Devil (tal-1975), Midnight Express (tal-1977) u Gladiator (tal-2000).

gemma portelli and connie

Ritratt : Connie (xellug) u oħtha Ġemma Portelli (lemin)