Minkejja li bħalissa għaddejja l-akbar kompetizzjoni Ewropea fuq livell ta’ Nazzjonijiet, il-preparazzjoni tal-UEFA għall-akbar kompetizzjoni tal-klabbs bdiet diġà tant li ftit tal-ħin saru magħrufa l-partiti tal-ewwel u t-tieni rawnd tal-UEFA Champions League.
Malta hi rappreżentata miċ-Champions Valletta li fl-ewwel rawnd telgħu biex jilagħbu kontra t-tim minn Faroe Islands B36 Tórshavn. L-ewwel rawnd se jintlagħbu fit-28 jew id-29 ta’ Ġunju filwaqt li t-tieni rawnd tintlagħab fil-5 jew fis-6 ta’ Lulju.
Jekk Valletta jgħaddu għat-tieni rawnd huma jiltaqgħu kontra t-tim Serb ta’ Red Star Belgrade bl-ewwel leg jintlagħab fit-12 u t-13 ta’ Lulju filwaqt li t-tieni leg tintlagħab bejn id-19 u l-20 ta’ Lulju.
Id-dati tal-partiti jkunu magħrufa aktar tard.
//= $special ?>