L-editur tal-media laburista Aleander Balzan ġie ordnat iħallas €3,000 lill-eks President tal-PN Victor Scerri f’kawża ta’ libell li kien fetaħ Scerri fiż-żmien meta Balzan kien editur tal-website tal-GWU. Il-libell kien dwar kumment li tħalla f’din il-website, fejn saru allegazzjonijiet kontra Victor Scerri illi hu “maħmuġ” u jakkwista flus mit-Tribunal taċ-ċitazzjonijiet.
Il-Qorti ikkonkludiet li dawn il-kummenti huma bla bażi u libellużi. Għalhekk ordnat lil Aleander Balzan iħallas is-somma ta’ €3,000 f’danni.
//= $special ?>