Minkejja li qatt ma kien involut fil-politika, l-eks Internazzjonali Ingliż David Beckham dalgħodu uża Facebook sabiex iwassal messaġġ qawwi qabel il-vot fir-referendum dwar il-futur tar-Renju Unit fl-UE.
David Beckham stqarr b’mod ċar li hu se jivvota biex l-Ingliżi jibqgħu membri tal-Unjoni Ewropea.
“Flimkien aħna akta b’saħħitna. Għalhekk, għat-tfal tagħna u t-tfal tat-tfal tagħna, hemm bżonn li niffaċjaw l-isfidi tad-dinja flimkien u mhux weħidna. Minħabba f’din ir-raġuni, se nivvota biex nibqgħu fl-UE”.
//= $special ?>