Nhar il-Ħadd f’Wied il-Għasri f’Għawdex tfaċċat din il-fekruna mal-bajja, li ġibdet l-attenzjoni ta’ wieħed mill-qarrejja tagħna.
Minħabba r-riħ qawwi li kien qed jaħkem tul il-kosta, jidher li l-kurrent kaxkar lill-fekruna l-ġewwa. Għalkemm l-istess persuna li ġibed dawn ir-ritratti qalilna illi bil-mod il-fekruna xorta irnexxiela toħroġ mill-bajja.
“Kienet sorpriża sabiħa għalina li nżilna fil-wied biex nieklu xi ħaġa, u ltqajna ma’ din il-kreatura”, qal il-qarrej tagħna.