Iż-żagħżugħ li lbieraħ instab mejjet fil-Fgura ġie identifikat bħala Keith Falzon ta’ 28 sena minn San Ġwann.
Keith Falzon kien ilu rrapurtat nieqes minn nhar l-Erbgħa fis-7pm.
Il-ġimgħa l-oħra ħbieb ta’ Keith ikkuntatjaw lil Net News ixxukjati wara li l-ħabib tagħhom kienu ilu nieqes jumejn.
Filfatt is-sit netnews.com.mt, kemm il-ġimgħa filgħodu kif ukoll ilbieraħ filgħodu appella biex kull minn għandu xi informazzjoni jagħmel kuntatt mal-Pulizija.
Il-kuġina ta’ Keith, Farrah Alan Agius, f’kumment fuq facebook qalet li Keith kien simpatiku u li għaliha ma kienx biss kuġin, imma kienu qishom aħwa, sa minn meta kienu żgħar.
//= $special ?>