Karozza Maltija kienet involuta f’inċident ikrah li seħħ fi Sqallija, preżizament fl-autostrada ta’ Katanja.
Jidher illi l-Maltin ma ġralhom xejn u ħelsuha ħafif. Karozza oħra li fiha ukoll kien hemm xi Maltin kienet biss ftit metri ‘il bogħod minn fejn seħħ l-inċident. Il-Maltin involuti fl-inċident kienu tnejn.
Il-ħabta seħħet ilbieraħ fis-2pm u ħolqot traffiku kbir fl-inħawi tant li l-karozzi damu aktar minn siegħa u nofs imwaħħlin fl-istess post.
Jidher li fil-ħabta, li ġrat eżatt fil-bidu tal-mina ta’ San Dimitri, kienu involuti tliet karozzi. Il-mina hija parti mill-autostrada li twassal minn Katanja lejn Sirakuża.
Fil-post issejħu ukoll membri tat-tifi tan-nar illi assistew lis-sewwieqa, filwaqt li tfew in-nirien li żviluppaw. Kawża tal-istess nirien kienet ħierġa daħna kbira mill-mina.
(Ritratt: Facebook)
//= $special ?>