8 djakni se jiġu ordnati saċerdoti

Il-Knisja f’Malta ħabbret l-ordinazzjoni saċerdotali ta’ tmien djakni. L-ordinazzjoni ta’ dawn iż-żgħażagħ ser issir nhar l-Erbgħa 29 ta’ Ġunju 2016, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Tlieta minn Ħal Qormi, wieħed mill-Kalkara, mill-Mosta, min-Naxxar, mill-Ordni tal-Minuri Konventwali, u mill-Ordni tas-Salesjani ta’ Don Bosco.

It-tmien djakni li ser jiġu ordnati saċerdoti mill-Arċisqof Charles J. Scicluna huma Allister Marija Aquilina tal-Ordni tal-Minuri Konventwali, Robert Falzon, Salesjan ta’ Don Bosco, Sergio Fenech mill-Parroċċa ta’ San Sebastjan Martri, Ħal Qormi, Mark Mallia Pawley mill-Parroċċa ta’ San Sebastjan Martri, Ħal Qormi, Claude Mifsud mill-Parroċċa ta’ Marija Mtellgħa s-Sema, il-Mosta, James Saydon mill-Parroċċa ta’ Marija Bambina, in-Naxxar, Andrew Schembri mill-Parroċċa ta’ San Ġorġ Martri, Ħal Qormi u Gilbert Scicluna mill-Parroċċa ta’ San Ġużepp, il-Kalkara.

Fi stqarrija l-Knisja f’Malta qalet li kulħadd huwa mistieden biex jattendi għaċ-ċelebrazzjoni tal-ordinazzjoni u biex kulħadd jitlob għall-qdusija tas-saċerdoti, speċjalment għal dawk li ser jiġu ordnati saċerdoti l-Erbgħa 29 ta’ Ġunju