Grieg ta’ madwar 50 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ għoli ta’ madwar erba’ metri waqt li kien qiegħed jagħmel xi xogħol ta’ kostruzzjoni fil-power station ta’ Dellimara.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-sebgħa neqsin ħamsa (0655hrs). Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn ġie ċċertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr A Demicoli LL.D li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.
//= $special ?>