Bl-aġir tiegħu fil-Parlament illejla, l-Gvern ta’ Joseph Muscat ikkonferma li l-Gvern tiegħu u tal-Ministru Owen Bonnici, huwa l-Gvern tal-inġustizzji.
Sitt ijiem ilu, l-Oppożizzjoni ressqet Private Member’s Bill fil-Parlament li tassigura li min sofra inġustizzja u jsir jaf wara s-sentenza, ikun jista’ jitlob li Qorti terġa’ tiftaħ il-każ. Dan l-abbozz ta’ liġi tressaq fid-dawl tal-każ ta’ Emanuel Camilleri.
Il-Gvern iżda, konxjament, qed jagħżel li lanqas biss iħalli lill-Oppożizzjoni tressaq dan l-abbozz ta’ liġi fi stadju tal-Ewwel Qari. B’din l-azzjoni tal-Gvern, qed jassigura li min qed isofri minn inġustizzja, jibqa’ jsofriha.
L-agħar inġustizzja hija dik li ssir f’isem il-ġustizzja. Għandna l-obbligu morali, mhux biss politiku u legali, li llum qabel għada, nagħtu l-għodda biex f’każijiet ta’ miscarriage of justice jkunu indirizzati.
L-Oppożizzoni ressqet abbozz ta’ liġi kbir fl-umanità tiegħu. Il-Gvern, iżda,
qed jikkonferma li hu Gvern tal-inġustizzji, tant li qed jagħti dahru lil min sofra u għadu qed isofri minn inġustizzji.