Fi kliem il-Ministru Edward Zammit Lewis, l-allegazzjonijiet li qed isiru fil-konfront ta’ Alfred Mifsud huma serji.
Madankollu, il-Ministru tat-Turiżmu xorta għażel li jibqa’ jiddefendi l-aġir ta’ Joseph Muscat li għadu ma neħħiex lil Mifsud minn Deputat Gvernatur tal-Bank Ċentrali.
Edward Zammit Lewis kien qed iwieġeb mistoqsijiet tal-ġurnalisti fi tmiem konferenza tal-aħbarijiet mill-Partit Laburista, bit-tema tkun l-istandards politiċi u l-governanza tajba.
NETnews.mt staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu għaliex Muscat għadu ma ħax azzjoni fil-konfront ta’ Alfred Mifsud, u allura għaliex ma warrbux mill-kariga ta’ Deputat Gvernatur tal-Bank Ċentrali.
Skont Edward Zammit Lewis, il-Prim Ministru ħa azzjoni quddiem dan il-każ serju, filwaqt li insista li Muscat dejjem jieħu d-deċiżjonijiet.
//= $special ?>