Lokali

“L-iskandlu Alfred Mifsud qed jagħmel ħsara lil pajjiżna” – Simon Busuttil

Il-kariga li jokkupa Alfred Mifsud bħala Deputat Gvernatur tal-Bank Ċentrali, fl-istess waqt li qed jiġi investigat dwar allegazzjonijiet ta’ tixħim u korruzzjoni, qed ittappan isem pajjiżna b’mod internazzjonali.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil għamel din l-istqarrija hekk kif l-iskandlu Alfred Mifsud kompla jiżviluppa, b’Mifsud stess li nforma lill-Gvern li ma jixtieqx jibqa’ jkun ikkunsidrat għall-kariga ta’ Gvernatur tal-Bank Ċentrali.

Fl-1 ta’ Lulju Alfred Mifsud kellu jinhatar  uffiċjalment bħala Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta fuq ghazla tal-Prim Ministru Joseph Muscat, iżda fl-aħħar jiem tfaċċaw allegazzjonijiet serji ta’ tixħim ta’ eluf kbar ta’ liri f’xiri ta’ software meta kien chairman tal-Mid-Med Bank f’nofs is-snin disgħin. Sahansitra b’xhieda tal-eks siehba tieghu. Fid-dawl ta’ dan kollu, il-Prim Ministru Joseph Muscat jibqa’ sieket.

Iżda Joseph Muscat mhux talli ma wegibx, iżda fl-istess waqt kien qed jaħrab mill-ġurnalisti darbtejn f’temp ta’ siegħa u harab li jwieġeb għall-mistoqsijiet li huma fuq fomm kulħadd, jiġifieri dwar l-iskandlu ta’ Alfred Mifsud.

Lill-ġurnalisti li kienu qed jistennewh għall-kummenti f’lukanda f’San Giljan, Muscat qallhom li se kien jagħti kummenti fil-Berġa ta’ Kastilja iktar tard. Iżda meta marru Kastilja,  Muscat rega’ harab mill-jwiegeb.