Pajjiżna ma tantx hu f’pożizzjoni tajba fejn tidħol is-sistema tal-Pensjonijiet u meta mqabbel ma’ pajjiżi oħra.
Dan ħareġ waqt konferenza li ddiskutiet is-sistema tal-Pensjonijiet f’pajjiżna u li kienet organizzata mill-Istitut għas-Servizzi Finanzjarji, bil-parteċipazzjoni ta’ diversi Unions u esperti fil-qasam finanzjarju.
Fil-konferenza pparteċipat ukoll ix-Shadow Minister għall-Politika Soċjali Paula Mifsud Bonniċi, li tkellmet dwar il-bżonn li pajjiżna jkollu s-sistema tal-Pensjonijiet b’saħħitha. Hi tkellmet ukoll dwar ir-realtà li bil-Pensjoni li għandhom, ħafna mill-pensjonanti mhux ilaħħqu mal-ħajja.
Waqt il-konferenza tkellem wkoll il-Prim Ministru Joseph Muscat, li tkellem dwar is-2nd Pillar Pension, fejn il-ħaddiem u min iħaddem jikkontribwixxu b’mod finanzjarju, bil-flus jitpoġġew f’fond. Dan minbarra l-ħlas tal-Pensjoni.
Min-naħa tiegħu, il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna qal li s-2nd Pillar Pension mistennija tidħol fis-seħħ f’pajjiżna, iżda b’mod volontarju.
Minn din il-konferenza ħareġ ukoll kif Gvern preċedenti għaraf il-bżonn li jkun hemm riforma fis-sistema tal-Pensjonijiet biex, fejn hemm bżonn, isiru r-riformi li jwasslu għal dħul diċenti għal min ikun wasal biex jirtira mix-xogħol.
//= $special ?>