Lokali

AĠĠORNATA: Raġel ferut gravi wara li waqa’ żewġ sulari f’sit ta’ kostruzzjoni

Raġel ta’ 62 sena mir-Rabat kellu jittella’ minn membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili wara li waqa’ f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq il-Fuħħar, il-Manikata.

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-sebgħa u kwart (7:15), bir-raġel jaqa’ għoli ta’ madwar żewġ sulari u jispiċċa bejn il-bini u l-pedament tal-istess sit.

Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn ġie ċertifikat li qieghed isofri minn ġrieħi gravi izda mhux fil-periklu tal-mewt.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.