Il-Kabinett Ġermaniż qabel li tissaħħaħ il-preżenza militari navali Ġermaniża fil-Mediterran. Dan biex tibda tgħin kontra t-traffikar tal-armi lejn l-ISIS fil-Libja.
Il-Parlament Ġermaniż mistenni japprova d-deċiżjoni qabel ma jaġġorna għas-sajf, lejn tmiem Ġunju. Id-deċiżjoni tal-Kabinett Ġermaniż tkopri wkoll għajnuna lil-Libja biex din ikollha gwardja tal-kosta effiċjenti.
La darba jkun hemm l-approvazzjoni tal-Parlament, il-bastimenti Ġermaniżi jkunu jistgħu jwaqqfu, jagħmlu tfittxija u jagħmlu sekwestri tal-laneċ li jittrasportaw l-immigranti kif ukoll jarrestaw lil dawk li jkunu ssuspettati li jagħmlu parti mill-gruppi li jkunu qed jorganizzawhom. Dan jgħodd ukoll għall-bastimenti ssuspettati li jkunu qed iġorru l-armi minn jew lejn il-Libja.
Se tissaħħaħ il-preżenza navali Ġermaniża fil-Mediterran
