Kurżitajiet

AĠĠORNATA: Taqa’ l-website tal-YouTube għal ftit minuti

Kmieni waranofsinhar, is-sit elettroniku YouTube ma baqax jaħdem għal xi ħin. Rapporti qalu li s-sit ġie ħħekjat, għalkemm dan baqa’ mhux ikkonfermat.

Is-sit YouTube, popolari ferm għal kull forma ta’ videos imtella’ minn min juża’ l-internet, hu propjetà tal-ġgant fit-teknoloġija Google. Jidher li s-sit ma kienx aċċessibbli għal ftit minuti, b’kollox jirritorna lura għan-normal ftit tal-ħin wara.

F’Ottubru li għadda, kienet seħħet ċirkustanza simili fejn ukoll kien waqa’ dan is-sit elettorniku u għal xi ħin ma kienx aċċessibbli.

Bħal dakinhar, anke din id-darba kien hemm kitba li tgħid “a team of highly trained monkeys has been dispatched to deal with this situation”.

YouTube Down Error