L-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti Anġlu Farrugia intalab jinvestiga każ ta’ informazzjoni żbaljata li ngħatat fil-Parlament mill-Ministru tad-Djalogu Soċjali, l-Affarijiet tal-Konsumatur u d-Drittijiet Ċivili Helena Dalli. Waqt il-ħin tat-tqegħid ta’ karti, il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil irrefera għal mistoqsija Parlamentari magħmula mid-Deputat Laburista Silvio Schembri mill-Malta EU Information Centre magħruf bħala l-MIC, li kien immexxi minn Simon Busuttil.
Simon Busuttil qal li l-lista tal-ħlasijiet li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra mill-Ministru Helena Dalli bħala t-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari m’humiex ħlasijiet li saru mill-MIC iżda ħlasijiet li saru mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin.
L-Ispeaker Anġlu Farrugia qal li s-Sedja se tinvestiga dan il-każ.
//= $special ?>