Fil-Ġermanja, raġel nqatel mill-Pulizija wara li daħal f’ċinema qrib Franfurt u spara xi tiri.
Sar magħruf li l-Pulizija asseddjaw il-kumpless wara li r-raġel issakkar f’sezzjoni tal-bini u sparaw fuqu għaliex ħasbu li hu kien qed iżomm xi ostaġġi.
L-awtoritajiet Ġermaniżi qalu li l-qawwiet tas-sigurta ħadu din l-azzjoni għaliex ħasbu li l-ħajja tan-nies kienet f’periklu.
Rapporti inizzjali qalu li fl-eqqel tad-drama kienu ndarbu xi persuni, iżda jidher li fis-sitwazzjoni numru ta’ nies spiċċaw affettwati mill-gass ta’ dmugħ li x’aktar ntefa mill-Pulizija.
L-awtoritajiet ma kkonfermawx jekk l-inċident kienx xprunat b’xi intenzjoni terroristika. Lanqas mhu eskluż li d-drama seta’ wkoll seħħ għal attentat ta’ serqa.
//= $special ?>