Għada fil-Mosta se ssir attivita’ kulturali bl-isem ta’ ‘Ħuġġieġa ta’ San Ġwann’, fil-pjazza ċentrali tal-lokal. Attivita’ li se tippromwovi l-apprezzament tal-wirt tal-Partimonju Mosti.
Dwar din l-attivita, netnews tkellem mas-Sindku tal-Mosta Edwin Vassallo fejn qalilna aktar dwar din l-attivita’. It-tema ta’ din l-attivita’ huwa dak ta’ ‘It-Tama tal-bidwi tgħejjex il-bidwi’- il-moto tal-istess lokalita Mostija. Il-Kunsill Lokali Mosti qal li jemmen li għandu jippromwovi dan il-motto għalhiex huwa tajjeb li fil-ħajja l-Mostin jinvolvu aktar il-valur tat-tama.
Fl-attivita’ se jkun hemm l-apprezzament tal-wirt kulturali b’mod li l-kultura tkun imsewġa ukoll mal-aspett soċjali tal-komunita’. Infatti tul din l-attivita’ se jkun hemm involviment tal-għaqdiet kollha Mostin; dan biex ikun hemm aspetti tar-raħal tal-Mosta u kif ukoll aspetti reali tas-soċjeta’ Maltija.
L-attivita’ se tibda’ fis-19.00 u tiġi fi tmiemha fl-22.00 ta’ filgħaxija bil-ħruq tal-ħuġġieġa msejħa ta’ San Ġwann mill-Mosta Scouts Group.
Għal din il-konferenza attendew is-Segretarju Parlamentari inkarigat mill-Kunsilli Lokali Stephan Bountempo u kif ukoll il-Kunsilliera tal-Kunsill Lokali tal-Mosta.
//= $special ?>