Lokali

Il-PL għandu jirtira l-gideb dwar il-Kap tal-PN

Il-Partit Laburista għandu jirtira l-gideb dwar il-Kap tal-Partit Nazzjonalista.

Fi stqarrija, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista irrefera għall-konferenza tal-aħbarijiet mimlija gideb li saret mill-Ministru Edward Zammit Lewis u mid-Deputat Laburista Silvio Schembri.

Simon Busuttil qed jitlob liż-żewġ kelliema tal-Partit Laburista biex jirtiraw il-gideb li qalu dwaru u jagħmlu apoloġija pubblika.

Jekk ma jagħmlux dan, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista se jieħu passi legali.