Lokali

Jaħrab minn fuq il-post wara li tajjar żagħżugħ fis-Swieqi

Żagħżugħ ta’ 24 sena mill-Mosta ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura wara li ntlaqat minn vettura, bix-xufier jaħrab mill-post bil-karozza involuta.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-3pm fi Triq l-Ibraġġ, fis-Swieqi.

Il-Pulizija bdiet tfittxija immedjata għall-karozza li laqtet liż-żagħżugħ.

Fil-fatt, hekk kif il-Pulizija tal-RIU kienu fuq ronda fi Triq il-Mosta f’San Pawl il-Baħar, ġiet innutata l-vettura, tat-tip Subaru, li allegatament laqtet lill-vittma.

Hekk kif il-Pulizija ppruvat twaqqaf lis-sewwieq, dan saq għal fuq il-vettura tal-Korp. Is-sewwieq għandu 67 sena u hu residenti San Pawl il-Baħar.

Ħadd ma weġġa’ fl-impatt bejn il-vettura tar-raġel u l-karozzu tal-RIU. Ir-raġel qed jinżamm mill-Pulizija biex jgħinha fl-investigazzjonijiet, li għadhom għaddejjin.