Uffiċjali fi Florida ħabbru li aktarx kienu qabdu l-kukudrill li qatel tifel ta’ sentejn fis-Seven Sea Lagoon fil-Walt Disney World f’Orlando.
Minkejja li t-testijiet tad-DNA kienu inkonklussivi, esperti jinsabu konfidenti li dak li nqabad hu l-kukudril li kien responsabli għal qtil tat-tifel, Lane Graves. Minn awtopsja li kienet saret tat-tifel jirriżulta li dan miet meta għereq meta tkaxkar mill-kukudrill u wkoll b’ kaġun ta’ ġrieħi li ġarrab fl-attakk..
Jinqabad il-kukudrill li qatel tifel ta’ sentejn Disney World
