Internazzjonali

Persuna mitfuna ħajja fl-Ukrajina.

Filmat li qed jiċċirkola fuq il-media soċjali allegatament juri suldati Ukreni jidfnu raġel ħaj. Il-vittma jingħad li hu wieħed mir-ribelli mil-Lvant tal-Ukrajna u li hu alleat mar-Russja.
Il-filmat intwera fuq l-istazzjon ‘TV ZVEZDA’ li hu stazzjon immexxi mill-Ministeru tad-Difiża Russu. Mhux qed ikun eskluż li dan il-film sar mir-Russi stess biex iwaddab l-Ukrajan f’dawl ħażin.
Minbarra dan il-filmat, l-istazzjon kien ukoll xandar filmat ieħor daqstant brutali, imma din id-darba ta’ militanti qrib ir-Russi jittorturaw traffikant tad-droga.