Internazzjonali

Żjara tal-Papa fl-Armenja

Il-Papa Franġisku l-Ġimgħa jibda żjara fl-Armenja bħala parti mill-ewwel mawra tiegħu fl-artijiet tal-eks-Unjoni Sovjetika. Iż-żjara qed issir sena wara li t-Turkija spiċċat urtata b’kummenti tal-Papa fejn hu kien iddikjara l-massakru ta’ Armeni, li seħħ seklu ilu waqt l-era tal-Ottomani, bħala ġenoċidju. .
Il-Vatikan ilu jiddefendi l-kawża tal-Armeni u jfaħħar lill-Armenja (pajjiż ta’ tliet miljuni, magħmul, fil-parti kbira, minn Kristjani Ortodossi) bħala xempju ta’ fidi f’reġjun iddominat mill-Musulmani. L-Armenja kienet ukoll l-ewwel pajjiż li ddikjara l-Kristjaniżmu bħala reliġjon tal-istat.
Il-Papa jirritorna lura l-Vatikan il-Ħadd.