Bħalissa fil-bini tal-MCAST f’Raħal Ġdid għaddejja l-MCAST EXPO 2016.
L-għan ta’ din il-fiera hu li jkun hemm informazzjoni lill-istudenti li huma mħajrin ikomplu l-istudji tagħhom fl-MCAST.
Fost l-istands tal-prospectus il-ġdid li ġie ppublikat ilbieraħ stess dwar il-korsijiet li se jibdew fl-2016, hemm ukoll stands minn kull fakulta’ ta’ studju offrut. Dawn l-istands qed joffru informazzjoni dwar il-korsijiet infushom kif ukoll informazzjoni dwar r-rekwiżiti tal-korsijiet.
L-EXPO qed toffri ukoll l-faċilita’ ta’ konsulenzi rigward l-karriera li l-istudent jista’ jagħżel.
L-EXPO se tkompli f’Lulju b’esebizzjonijiet diversi minn fakultajiet differenti li jesebixxu xogħlijiet ta’ studenti.
//= $special ?>