Fil-21 ta’ Ġunju beda s-sajf, imma llum tfaċċat ix-xita bir-ragħad u sajjetti.
Fit-toroq Maltin, dan it-temp ħoloq konġestjoni tat-traffiku waqt li wħud lmentaw b’xi ħsarat kawża tas-sajjetti.
Kawża tal-maltemp, titjira tal-Lufthansa li kienet skedata lejn Malta kellha tiddawwar lejn it-Tuneżija, filwaqt li t-titjira tal-Air Malta KM117 minn Gatwick iddawwret lejn Katanja.
Il-Maltemp wassal biex ikkaġuna wkoll fuq l-armar tal-festi fis-Siġġiewi u Ħal-Qormi.
Ibgħatulna r-ritratti tal-maltemp fuq news@netmedia.com.mt.
(Filmat: L-għargħar fl-Imsida)