Mara tittieħed l-isptar wara inċident tat-traffiku għall-ħabta tal-13.30 fi Triq Antonio Sciortino u fi Triq Ta’ Xbiex fl-Imsida.
Skont l-aħħar rapporti mill-Pulizija jidher li vettura tat-tip Mercedes W124 kienet nieżla minn Triq Antonio Sciortino u għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-vettura tiegħu u daħal f’karozza tat-tip Honda Jazz fejn fiha kien hemm passiġiera l-mara li ttieħdet l-isptar. Eventwalment il-karozza tat-tip Mercedes baqgħet ħierġa fi Triq Ta’ Xbiex li ħabtet ma’ karozza tat-tip Peugeot 107 u bblukat it-triq.
Għal xi ħin it-Triq Ta’ Xbiex kienet magħluqa għat-traffiku fejn b’kawża ta’ dan inħolqot konġestjoni enormi fit-triq u fit-toroq tal-madwar.
Il-Pulizija għadha għaddeja bl-investigazzjonijiet.
//= $special ?>